PARROCCA SANT' ANDRIJA

Mill-Hajja tal-Parrocca

ASSEMBLEA PARROKKJALI

Il-Gimgha 6 ta' Novembru, 2009

 

Hajr lil J. Aquilina

 

Il-Gimgha 6 ta’ Novembru saret l-ASSEMBLEA PARROKKJALI bit-tema 
“U meta nintrefa’ ’l fuq mill-art, jiena nigbed il-bnedmin kollha lejja” (Gw12:32)
Sajjieda tal-Bnedmin u Bennejja tal-Komunita’ 
li fiha, wara mument ta' talb, giet diskussa l-hidma pastorali li ssir fil-parrocca taghna u inghataw xi suggerimenti biex din il-hidma tkun tista’ titjieb.
 

Fiex kienet tikkonsisti l-Assemblea Parrokkjali din is-sena?

Kif thabbar fl-avvizi li saru waqt id-diversi quddies, din is-sena wkoll l-Assemblea saret fuq bazi ta’ gurnata.

 

Bdiet ghal xi s-7:15pm b’indirizz qasir ta’ merhba minn Rita Darmanin fejn, bil-ghajnuna tal-powerpoint, spjega kif ser tizvolgi din il-laqgha.

 

1.   Mument ta’ Talb

L-Innu “Bil-Qawwa ta’ Imhabbtek”, ta bidu ghal mument ta’ talb, fejn inqrat is- silta mill-Evangelju ta’ San Mattew li tirrakkonta s-sejha ta’ l-ewwe ldixxipli fosthom Indri.  Numru ta’ talbiet spontaji minn dawk prezenti ma naqsux; talbiet lil Alla biex jurina xi jrid minna lkoll bhala parrocca.

 

2.   Messagg ta’ l-Arcisqof

Imbaghad kull min kien prezenti seta’ jsegwi clip ta’ Mons. Arcisqof li fil-Messagg tieghu spjegalna aktar dwar is-suggett li hu qed jipproponi ghal din is-sena: mhux biss il-parrocca tikber fiha nnifisha, imma sahansitra ma’ parrocci ohrajn permezz ta’ l-Unitajiet Pastorali, fejn jistghu jinbtu u jinqasmu ideat u inizzjattivi godda li jtejbu l-kwalita’ tal-hidma nisranija.

 

3.  Prezentazzjoni tal-Proposta Principali ghall-2009-10

Wara li sar ftit hin ta’ analizi u evalwazzjoni tal-proposta li ghexna bhala parrocca din is-sena tat-375 Sena mit-twaqqif ta’ Hal Luqa bhala Parrocca, bil-Prezenza ta’ l-Arcisqof fostna permezz tal-Vizta Pastorali, giet ipprezentatha l-proposta ghas-sena 2009-10 li ser tkompli tibni fuq dak li sar.  Ejjew warajja u naghmilkom sajjieda tal-bnedmin u bennejja tal-komunita’ b’enfasi fuq l-1950 sena mill-Martirju ta’ Sant’ Andrija fid-dawl tas-sena Sacerdotali u fuq it-tishih tal-kummissjonijiet parrokkjali u l-gharfien u l-hidma ta’ l-Unita’ Pastorali.

 

 

 

i.  Programm propost ta’ kif ser nghixu l-1950 Sena mill-Martirju ta’ Sant’ Andrija fid-dawl tas-Sena Sacerdotali

    (Ara l-proposta shiha ta’ kif ser tinghex l-1950 sena mill-Martirju ta’ Sant’ Andrija mit-30 ta’ Novembru 2009 sat-30 ta’ Novembru 2010)

Il-hsieb principali ta’ kif ser nghixu din is-sena huwa li nimmotivaw aktar persuni li mhux biss ihossuhom parti mill-parrocca imma li jaghtu sehemhom ukoll fil-missjoni fdata minn Kristu.  Ghaldaqstant il-qafas ta’ dan l-ghixien ser tkun is-sena liturgika, bil-granet tal-bidu u l-gheluq ikunu qrib il-festa liturgika ta’ Sant Andrija.  

 

“EJJEW WARAJJA, U NGHAMILKOM SAJJIEDA TAL-BNEDMIN” huwa l-motto, li flimkien ma’ logo imhejji apposta, ser jghinna matul din is-sena. 

 

Ghandna diversi attivitajiet biex jaghmlu lill kull parruccan aktar konxju mill-prezenza tas-sacerdot u li jippromwovu din is-sejha fosthom talks, seminars, u adorazzjonijiet.  Biss ghandna xi attivitajiet principali ppjanati marbuta anke mal-figura ta’ Sant’ Andrija. Fosthom insibu:

1. 30/11/2009                        Quddiesa Solenni tal-Festa Liturgika ta’ Sant’ Andrija mmexxija mill-Ecc Rev.dma Mons. Nikol Cauchi, Isqof Emeritus ta’ Ghawdex.  Wara Pellegrinaggbir-Relikwa u bl-Istatwa ta’ Sant’ Andrija u animat b’talb u kant.

2.             28/06 - 4/07/2010     Gimgha tal-Festa ta’ Sant’ Andrija li tinkludi

Akkademja Muziko-Letterarja u l-kxif tal-koppla rinovata (29/06/2010)

3.             18/11/2010             Quddiesa bl-Ghoti tal-Ministeru ta’ l-Akkolitat lil Seminaristi

4.             26/11 - 29/11/2010 –   Thejjija ghall-festa liturgika ta’ S. Andrija, li tinkludi Servizz Ekumeniku u Wirja

5.             30/11/2010                                      Quddiesa Solenni tal-Festa Liturgika ta’ Sant’ Andrija

 

ii.  Bit-Tishih tal-Kummisjonijiet Parrokkjali u l-Unita’ Pastorali

Biex dak li ghidna ma jibqax biss fuq livell ta’ informazzjoni u celebrazzjoni, rajna li din is-sena tkun tassew lahqet l-iskop taghha jekk nibdew insahhu l-kummissjonijiet li jghinnu biex il-prezenza tas-sacerdot mhux biss tkun mixtieqa u apprezzata imma ssib kollaborazzjoni shiha. B’hekk waqt li nipprowovu l-gharfien u l-ghan tal-Kumissjonijiet tal-Parrocca, jigifieri tal-:

(a) Kummissjoni Kateketika; (b) Kummissjoni Liturgija; (c) Kummissjoni Djakonija; (d) Kummissjoni Familja; (e) Kummissjoni Pre-Adolelexenti, Adolelexenti u |ghazagh; u (f) Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu – KIS.

irridu nfittxu li ninvolvu aktar nies generuzi li lesti jaghtu sehemhom u b’hekk jissahhah l-ghixien tas-sejha nisranija.

 

Biss biex dan ikun b’sahhtu hemm bzonn ghaqda u kollaborazzjoni u fuq dan jista’ jghin hafna is-sens ta’ l-Unita’ Pastorali, kif spjega tajjeb il-video-clip li intwera fejn qasmu l-esperjenza taghhom l-Arcisqof stess flimkien ma’ Dun Ray Toledo, delegat tal-parrocci, u diversi kelliema li qed jghixu din l-esperjenza.

 

4.  Messagg tad-Delegat tal-Parrocci

Wara waqfa qasira ta’ mistrieh, fejn wiehed seta’ jghid kelma f’atmosfera ta’ hbiberija u b’tazza kafe jew te f’idejh, il-kelma ghaddiet f’idejn Dun Ray Toledo.  Fl-intervent tieghu, hu qal li din il-proposta fid-dawl tal-pjan pastorali djocesan trid timmotivana biex nikbru fl-impenn nisrani taghna, impenn li ghalkemm limitat bil-hin, mghandu jaqta’ qalbu mill-ebda limitu ghax irid ikun mibni fuq ix-xewqa ghall-partecipazzjoni u l-ghaqda. Mistoqsijijiet li pogga kienu dwar kemm lesti li naccettaw nies godda fl-ghaqdiet taghna mhux bi kliem imma anke bl-attitudnijiet, u kemm dawn l-ghaqdiet, bhan-Neokatekumenali, qed ikunu sinjal ta’ qawwa fil-parrocca.

 

Fl-istess waqt sostna li aktar ma’ tkun hajja l-Liturgija, aktar din ser tghin u tinkoragixxi li wiehed jimmotiva ruhu u jaghti s-sehem tieghu, ghax mhux bizzejjed li wiehed ikollu talent.  Irrmarka ukoll il-fatt ta’ kemm qed jintuza lingwagg li jinftihem mill-Knisja u kemm nies jafu bl-idea ta’ Kummissjonijiet fi hdan il-parrocca. B’hekk issuggerixxa li ssir promozzjoni fuq dan l-aspett anke fil-quddies tal-Hdud.

 

5.   Mistoqsijiet ghad-Diskussjoni

Wara tressqu lil dawk prezenti diversi mistoqsijiet biex jimmotivaw diskussjoni miftuha halli jekk tinhass il-htiega tigi ccarata din il-proposta, tigi evalwata ir-relevanza taghha fid-dawl tas-sitwazzjoni prezenti tal-parrocca, bil-qawwiet l-opportunitajiet u d-dghjufijiet taghha, u jsiru xi suggerimenti.  Kull min kien prezenti seta’ jghaddi l-kummenti u l-ideat tieghu waqt id-diskussjoni, li hadet madwar 45 minuta, fejn gie mnizzel kull ma ntqal u gew kjarifikati mill-ewwel certu aspetti. Fost dak li gie suggerit insibu:

Il-hatra ta’ Chairperson u Segretarju tal-Kummissjonijiet fil-parrocca taghna hija prijorita’;

Issir enfasi biex bhala parrocca nissahhu fl-uzu tal-Mezzi ta’ Komunikazzjoni biex jitwassal aktar il-messagg nisrani;

Inheggu aktar nies biex jaghtu sehemhom u ninformaw lill-kappillan bihom halli javvicinahom.

 

6.   Ringrazzjamenti u Kelma tal-Kappillan

L-gheluq sar ghal xi d-9:35pm mill-Kappillan Dun Karm Camilleri fejn, wara li rringrazzja lil kull min attenda u ha hsieb, anke bl-icken kontribut, biex titella’ din l-Assemblea, qal li bhala parrocca ghandna nkomplu niggeddu u naghmlu kuragg.

 

7.  X’nixtiequ fil-futur?

Ghal din l-Assemblea konna madwar 45 persuna.  Nixtiequ naraw aktar prezenza mill-parruccani ghax fl-ahhar mill-ahhar il-hajja parrokkjali ghandha taffettwa lil kull membru tal-parrocca u mhux lis-sacerdoti u lil min lest li joffri xi daqqa t’id biss.  Wara kollox Hal Luqa jghodd madwar tmient jew disat’ elef ruh.  Ejjew ghalhekk nitheggu u nheggu aktar persuni sabiex flimkien bhala nsara, ghax inhallu lil Kristu jghix fina, nintrefghu ’l fuq mill-art biex nigbdu l-bnedmin lejna.

 

 

Rev. Dun David Farrugia – Vici-Kappillan

Wilhelmina Scicluna – Segretarja tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali

QUDDIESA FIC-CIMITERJU U TBERIK TA' L-OQBRA

Il-Hadd 8 ta' Novembru, 2009

Hajr lil J. Grima