PARROCCA SANT' ANDRIJA

Mill-Hajja tal-Parrocca

Tifkira solenni tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja

Il-Hadd 25 t'Ottubru, 2009

TISLIMA LIL GUZEPPI SCICLUNA

Il-Hamis 1 t'Ottubru, 2009

 

B'dispjacir thabbret il-mewt ta' Guzeppi Scicluna, maghruf bhala ta' l-Abjad. Guzeppi kien persuna li tul hajtu kollha offra s-servizzi tieghu lill-parrocca taghna. Kont issibu kull fejn ikun hemm bzonn: jigbor fil-knisja, jdoqq ghall-quddiesa, jghin fl-armar tal-knisja fi zmien il-festa kif ukoll fi zmien il-Gimgha l-Kbira. Flimkien ma' huh Kelinu kien jiehu hsieb il-fratellanza tas-Sagrament li tant kien ihobb. Kien ikun minn ta' l-ewwel sabiex jarma l-istandard tal-fratellanza ghal kull festa li tigi ccelebrata fil-parrocca. L-aktar festa ghal qalbu kienet dik ta' Corpus Domini specjalment fis-snin l-imghoddija meta kienet tintrama t-Tribuna f'Misrah il-Knisja. Hu kien ukoll attiv fin-Neo-Katekumenali u kien jattendi diversi laqghat li kienu jkunu organizzat mill-parrocca.  Guzeppi baqa' jaghti l-ghajnuna tieghu minkejja li kien avanzat fl-eta' u qatt ma qata' qalbu minn xejn. L-hena tieghu kien isegwi dak li jkun isir fil-knisja u joffri l-ghajnuna tieghu.

Zgur li l-mewt tieghu se tinhass fil-parrocca taghna. Il-lum Guzeppi jinsab f'post ferm ahjar qrib il-Mulej li dejjem habb. Ahna nistghu biss niehdu l-ezempju tieghu u naghtu s-sehem taghna f'dak kollu li jkun hemm bzonn biex inwasslu l-Kelma u l-imhabba t'Alla lil kulhadd.

 Filwaqt li nirringrazzjaw lil Alla li tana lil Guzeppi bhala ezempju haj ta' kif ghandu jkun parruccan dedikat u attiv, nibghatu l-kondoljanzi lil familja tieghu u nitolbu ghal ruhu.

 Aghtih O Mulej il-mistrieh ta' dejjem.

Festa tal-Madonna tar-Ruzarju

 4 t'Ottubru, 2009

Hajr lil J. Grima

TAHDITA DWAR IL-KNISJA PARROKKJALI TA' HAL LUQA
U L-KWADRI TA' MATTIA PRETI

Il-Hamis 8 t'Ottubru, 2009

Nhar il-Hamis 8 t'Ottubru giet organizzata tahdita gewwa l-Knisja Parrokkjali ta' Hal Luqa dwar l-istorja ta' l-istess knisja u l-kwadri li jzejnuha fosthom tal-maghruf kalabriz Mattia Preti.  Ghal din it-tahdita mhejjija minn James Aquilina attendew 'l fuq minn 130 persuna, u kienet tinkludi bosta dettalji fosthom dwar il-wirt kbir li hallielna dan l-artist, b'enfasi partikolari fuq it-tliet kwadri li ghadna ngawdu sa llum fil-knisja parokkjali ta' Sant' Andrija Appostlu.