PARROCCA SANT' ANDRIJA

Mill-Hajja tal-Parrocca

ESPERJANZA FIL-VATIKAN

 

Din is-sena kellna x-xorti li wiehed mill-abbatini tal-parrocca tag]na, Russell Galea, jigi mag]zul, wara li g]adda b’success l-ezamijiet mehtiega, jmur iservi fil-Bazilka ta’ San Pietru gewwa l-Vatikan. Dan sar mill-21 ta'Awwissu sa’ l-10 ta' Settembru 2009. Mieghu kien hemm ukoll s-Seminarista Andrew Schembri, responsabbli mill-grupp, flimkien ma’ Dun Frans Bonnici, li apparti l-esperjenza fil-parrocca taghna kellu ukoll jaghmel din l-esperjenza ma’ l-abbatini.

Hajr lil Dun David Farrugia

IS-SUPERJUR MARTIN ABELA JTEMM IL-HIDMA TIEGHU FOSTNA

7 ta' Settembru, 2009

Wara aktar minn 8 snin bhala superjur tal-qasam tal-MUSEUM f'Hal Luqa, Martin Abela gie fdat b'hidma gdida ohra.  Ghalhekk il-Kappillan, Kleru u l-parruccani kollha jesprimu r-ringrazzjament taghhom lis-Superjur Martin Abela fit-tmiem tal-kariga tieghu.

Mill-banda l-ohra, naghtu merhba lis-Superjur il-gdid Joseph Xuereb, u nwieghduhom ilkoll it-talb tgahna.

TISLIMA LIL CHARLIE PSAILA

 

Nhar it-3 ta’ Settembru 2009, Charlie Psaila halla din id-dinja ghal hajja ahjar mal-Mulej, izda x-xoghol li wettaq b'risq il-Parrocca zgur li se jibqa jitgawda ghal hafna snin. Charlie Psaila kien mastrudaxxa prim u kien involut ferm fir-restawr tal-vari tal-Gimgha l-Kbira specjament fil-bdil tal-bradelli u l-bankuni taghhom.

 

Meta nbeda l-progett ta' restawr tal-vari, Charlie kien jahdem ma' l-Imghallem Guzeppi Galea u kien hadem fuq l-ewwel bradelli li kienu nbidlu. Wara l-mewt ta' l-Imghallem Galea, Charlie Psaila kien afdat bit-tkomplija tal-progett. Hu hadem il-bradelli u l-bankuni tal-vari ta' Guda, l-Ecce Homo, l-Veronika, l-Marbut u l-Vara l-Kbira. Is-sena li ghaddiet kien beda xoghol fuq erba' bankuni ghall-forcini li rnexxielu jlesti u kienu mzanzna fil-Gimgha l-Kbira ta' din is-sena. Wiehed minn dawn kien hallas ghalih hu stess.

 

Minbarra xoghol relatat mal-Gimgha l-Kbira, Charlie kellu ghal qalbu ferm l-Qaddis Patrun taghna Sant' Andrija u qatt ma naqas bukkett fil-jiem tal-festa quddiem l-istatwa titulari. Hu hadem ukoll fuq oggetti ohra fil-Knisja Parrokkjali fosthom il-panew centrali tal-gallarija ta' l-orgni li kellu jinbidel waqt ir-restawr li sar fuqa matul is-sena li ghaddiet. Dan l-ahhar ukoll kien ghamel b'xejn legiju ghall-ambone. Barra dan dejjem kien lest biex jaghti pariri siewja u joffri l-ghajnuna tieghu meta mitlub specjalment f'dak li kellu x'jaqsam mas-sengha tieghu.

 

Bla dubju t-telfa tieghu se tinhass l-ewwelnett mill-familja tieghu kif ukoll mill-Parrocca.

 

Aghtih O Mulej il-Mistrieh ta' Dejjem

 

 

J. Grima

Festa ta' l-Ezaltazzjoni tas-Salib Imqaddes

14 ta' Settembru, 2009

GIMGHA TA' TAGHLIM MILL-MEMBRI TAL-MUSEUM

14 - 18 ta' Settembru, 2009

 

Mit-Tnejn 14 sal-Gimgha 18 ta’ Settembru 2009 itellghet Gimgha ta’ Taghlim mill-membri tal-Museum fuq iz-zuntier tal-knisja fis-7:00pm bit-tema: In-Nisrani llum u li fiha gew ittrattati diversi temi bhad-dinjita’ tal-bniedem, it-trobbija, id-dicenza u t-teknologija.

Nirringrazzjaw lil Alla ta’ dan din l-opprotunita’ li bosta parruccani laqghuha billi attendew u setghu jinzlu aktar fil-fond tal-Kelma t’Alla fil-prattika tal-hajja ta’ kuljum, bl-isfidi u l-opportunitajiet li din ggib maghha.

 

Hajr lil Dun David Farrugia

Festa ta' San Mikiel Arkanglu

29 ta' Settembru, 2009